top of page

Waħdi

Waħdi

Sinopsi

Li mara tista’ tkun kburija bl-indipendenza tagħha anke meta tkun waħedha.


Bijografiji


Kantant – Janice Debattista

Janice hija kantanta u kantawtriċi li hija attiva ħafna fix-xena tal-mużika lokali. Bdiet tkanta fl-età' ta' 6 snin meta ingħaqdet ma' kor. Ftit snin wara tgħallmet iddoqq il-kitarra u bdiet takkompanja lilha nniffisha waqt l-ewwel gigs bħala solista. Il-brejk il-kbir tagħha kien meta ingħaqdet mal-band Salt. Salt kienu rebħu best newcomer u anke best band fil-Bay Music Awards tal-2007 u l-2008 rispettivament, kif ukoll kellhom l-opportunità jdoqqu l-Ġermanja, Ġibiltà u anke l-Awstralja. Janice ħadmet ma' ħafna bands u artisti lokali oħra, kif ukoll f’produzzjonijiet kbar bħal Rockestra, Ġensna u l-musical We Will Rock You. Janice hija l-kantanta tal-band Rug flimkien ma' Gianni. Hija ngħediet żewġ kanzunetti li kitbet hi stess bl-isem ta' Clouds u Shadows u qed tippjana li tikteb u tniegħdi iktar kanzunetti fil-futur qarib.


Kompożituri | Awturi - Philipa Naudi u Bettina Muchmore

Philippa Naudi u Bettina Muchmore huma grupp kreattiv li joħolqu xogħol mużikali u teatrali. It-tnejn jagħmlu parti mill-grupp The New Victorians. Ittellaw produzzjonjiet bħal VII, Fidwa Tal-Bdiewa u Mara Fost L-Oħrajn, li ittellgħu kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna f’festivals differenti. Fid-dinja tal-mużika ħarġu diski bħal Min Jaf, Lie Liar u Keep Me In Love. Ħadmu fuq XFactor Malta bħala judge, music producers u mentors. The New Victorians huma ir-rebbieħa tal-premju 'Artist Tas-Sena' fil-Premju Għall-Arti 2019. Il-kanzunetta tagħhom Fuq l-Ixkaffa rebħet l-Għanja tal-Poplu f'2021. 

Artist

Kompożitur

Awtur

Janice Debattista

Philippa Naudi u Bettina Muchmore

Phillippa Naudi u Bettina Muchmore

Artist

Janice Debattista

Kompożitur

Philippa Naudi u Bettina Muchmore

Awtur

Phillippa Naudi u Bettina Muchmore

bottom of page