top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

Festivals Malta jħabbar l-20 kanzunetta semifinalista għal Mużika Mużika 2024.

Ir-raba’ edizzjoni ta’ Mużika Mużika ser issir bejn l-14 u s-16 ta’ Marzu.

Ritratt: Vince Piscopo

Festivals Malta ħabbar li l-Ħadd 19 ta’ Novembru ntagħżlu l-20 kanzunetta li ser ikunu qed jikkompetu fl-ewwel serata ta’ Mużika Mużika 2024. L-40 kanzunetta li għaddew mill-ewwel fażi eliminatorja ġew interpretati live, akkumpanjati minn backing track, quddiem ġurija seperata minn dik tal-fażi eliminatorja preċedenti. Wara deliberazzjoni fuq kull kanzunetta ppreżentata, intagħżlu l-20 kanzunetta semifinalista fil-preżenza tan-nutar tal-Gvern.


Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Frans Agius sostna li, “Bħal kull sena, ir-rispons għal Mużika Mużika kien wieħed pożittiv ħafna. Bħas-snin ta’ qabel il-livell tal-entraturi kien wieħed għoli ħafna u ma kienitx faċli għall-ġurija indipendenti biex jintgħażlu l-20 kanzunetta semifinalista għall-edizzjoni li jmiss. Kburi li dan il-festival tant prestiġjuż qed jikkontribwixxi sabiex il-kanzunetta Maltija tingħata l-importanza li jistħoqqilha. Mużika Mużika jagħmel parti importanti mill-portafoll ta’ Festivals Malta u m’għandix dubju li bħal snin oħra din l-edizzjoni se tkun ta’ suċċess.”


Iċ-Chairman ta’ Mużika Mużika Raymond Bugeja tkellem fuq il-livell ta’ Mużika Mużika, li ma kull edizzjoni dejjem qiegħed jgħola. “Wasalna fir-raba’ edizzjoni ta’ Mużika Mużika, u b’wiċċi mill-quddiem ngħid li kull edizzjoni qed tkun aħjar minn dik ta’ qabel. Wara l-live auditions li kellna, nista’ ngħid li l-livell qiegħed dejjem jiżdied u eċitat biex nara dawn il-kanzunetti interpretati fuq il-palk meraviljuż tagħna f’Marzu li ġej.”


Id-Direttur Artistiku ta’ Mużika Mużika, Paul Abela, tkellem fuq il-livell ta’ kanzunetti sottomessi li qed ikollu l-festival u kif Mużika Mużika qed jesponi stili varji tal-kanzunetta lill-udjenza Maltija. “Għalkemm l-istili konvenzjonali kienu u jibqgħu popolari f’festival bħal dan, l-artisti Maltin minn sena għal sena qed ifittxu u jesperimentaw biex jippruvaw joħorġu b’xi ħaġa ġdida, u qed nirċievu numru dejjem ikbar ta’ kanzunetti b’ġeneri mużikali varji. Is-sabiħ ta’ dan il-festival huwa l-fatt li jlaqqana ma’ dawn il-kompożizzjonijiet li jgħinuna napprezzaw aktar is-sbuħija tal-ilsien Malti f’kanzunetta. Nawgura lis-semifinalisti kollha għall-edizzjoni li jmiss”.


Issa, l-Bord ta’ Mużika Mużika flimkien mat-tim ta’ Festivals Malta ser jidħol fil-fażi li jmiss tal-produzzjoni fejn jibda x-xogħol fuq l-arranġamenti mużikali filwaqt li jżidu l-preparamenti loġistiċi għall-festival li ser isir bejn l-14 u s-16 ta’ Marzu 2024.


Il-kanzunetti semifinalisti huma dawn (f'ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):

Isem tal-Kanzunetta

Artist/i

Kompożitur/i

Awtur/i

​3 ta' Ġunju 2021

​Neville Refalo

Corazon Mizzi

Corazon Mizzi

Dawk l-Għajnejn

Miguel Bonello

Gilbert ‘il- Bibi' Camilleri u Miguel Bonello

Miguel Bonello

​Din Għalik

​Moira Stafrace

David Cassar Torregiani, Toby Farrugia u Moira Stafrace

Gerard James Borg u Ryan Axisa

​Fil-Qrib

Cliff Zammit Stevens

​Philip Vella

​Joe Julian Farrugia

Ġenna

​Victoria

Cyprian Cassar

Lon Kirkop

Ġranet Sbieħ

​Mark Micallef Costa

​Mark Micallef Costa, Gabrijel Mansueto, Roderick Borg u Stefan Grech

Mark Micallef Costa

Grazzi

MARA

​Philip Vella

Joe Julian Farrugia

​Ħolma ta' Mument

​Dario Bezzina

Philip Vella

​Joe Julian Farrugia

Iljun

Andreana DeBattista

​Cyprian Cassar

Emil Calleja Bayliss

Imħabba Vera

​GIADA

​Glen Vella

Philip Vella

Imqar Għal-lejla

Megan May

Peter Borg, Megan May u Aleandro Spiteri Monsigneur

​Megan May

Kewkba F'Tarf L-Irdum

​Cherylis

​Pamela Bezzina

Pamela Bezzina

​Kieku Kelli

Thea Aquilina

​Cyprian Cassar

​Cliff Casha Brincat

Lulju

Karen Debattista

Karen Debattista

​Mark Scicluna

Meta Tridni Ħdejk

Qalb

Paul Giordimaina

Fleur Balzan

Mhux Tal-Aħħar

​Maxine Pace

​Cyprian Cassar

Emil Calleja Bayliss

Mingħajr Kliem

Keith Zammit Mintoff

Matthew James

Matthew James

​Paradoss

Haley

Cyprian Cassar

Emil Calleja Bayliss

Vjagg Sabiħ

Kantera

Kantera u Micimago

​Joe Julian Farrugia

Waħdi

​Janice Debattista

Philippa Naudi u Bettina Muchmore

​Philippa Naudi u Bettina Muchmore

Għal aktar informazzjoni żur www.muzikamuzika.mt


3,447 views
bottom of page