Il-vidjow mużikali tal-kanzunetta rebbieħa ta’ Mużika Mużika Ħarsa Biss irnexxielu jikseb ‘l fuq minn 13K view fuq YouTube f’madwar 48 siegħa mit-tnidija tiegħu. Is-sapport u r-rispnos pożittiv li kiseb il-vidjow kien wieħed fenomenali, b’diversi kummenti ta’ tifħir lejn il-produzzjoni kemm mill-pubbliku kif ukoll minn figuri prominenti fil-mużika Maltija.
F’isem it-tim kollu ta’ Festivals Malta, t-tim tal-produzzjoni u t-tim tekniku, il-kantant Glen Vella, l-kompożitur Philip Vella, u l-awtur Joe Julian Farrugia, nixtiequ ngħidu grazzi lil poplu Malti kollu tas-sapport kontinwu li qed juru lejn il-kanzunetta Ħarsa Biss u l-konkors Mużika Mużika. Jidher biċ-ċar l-għatx li hawn lejn il-kanzunetta Maltija, li tabilħaqq uriet li kapaċi tilħaq livelli għolja ta’ professjonalita’ kemm fejn tidħol mużika kif ukoll produzzjoni.
Grazzi tas-sapport kollu tagħhom!
Rajtu l-vidjow mużikali ta’ Ħarsa Biss? Arah hawn taħt!
Comments