Illejla nsiru nafu liem se tkun il-kanzunetta rebbieħa tal-Festival Kanzunetta Maltija!
Mużika Mużika wasal fl-aħħar serata tiegħu u l-eċitament issa qed jiżdied bil-kbir. Tul dawn l-aħħar żewġ serati rajna diversi prestazzjonijiet meraviljużi mill-parteċipanti tagħna, b’kanzunetti l-ġmiel tagħhom li bihom ma tistax ma tapprezzax l-isbuħija tal-ilsien Malti.
Il-bieraħ rajna lejla ta’ kanzunetti klassiċi ma’ fost l-aqwa leġġendi fil-mużika Maltija. Fl-aħħar tas-serata ġew imħabbra l-finalisti ta’ Mużika Mużika. Għalkemm il-kanzunetti kollha kienu ta’ livell fenomenali, 12 biss setgħu jgħaddu għall-finali tal-lejla.
Illejla naraw spettaklu mill-aqwa ieħor, bis-sehem ta’ Emma Muscata bħala artista mistiedna. Ftit siegħat oħra naraw min ser jirbaħ l-ewwel edizzjoni ta’ Mużika Mużika – Nawguraw lill-artisti kollha
VIVA L-KANZUNETTA MALTIJA!
Ara n-numri l-ġodda tal-votazzjoni hawn taħt:
Il-votazzjoni tiftaħ uffiċjalment waqt l-ispettaklu. Voti li jgħaddu qabel il-preżentaturi jħabbru l-ftuħ tal-votazzjoni m'humiex validi. Festivals Malta mhux responsabbli għal spejjes marbuta ma' SMSs barra l-ħin tal-votazzjoni
Comentários