Lirika
Fjamma fuq xifer orizzont
sebħet lil ħajti f’kull rakkont
imlietni bit-tama u l-kuraġġ
meta tiegħi stess kont ostaġġ.
L-ilwien tagħha dawluli t-triq
fl-aħħar wasluni fejn nixtieq.
Fjamma... fjamma li tfeġġ minn sbieħ il-jum
u filgħaxija tgħib wara l-irdum.
Fjamma li fis-satra tal-lejl
qalbi mill-ġdid tixgħel għal darba tnejn.
Fjamma li tibqa’ tnin... f’kull waqt f’kull ħin.
Fjamma li kebbset l-imħabba
u maż-żmien waqfet titrabba
spiċċat kibret f’ħuġġieġa nar
u dak li kien kien li sar sar.
L-ilwien tagħha dawluli t-triq
fl-aħħar wasluni fejn nixtieq.
Fjamma... fjamma li tfeġġ minn sbieħ il-jum
u filgħaxija tgħib wara l-irdum.
Fjamma li fis-satra tal-lejl
qalbi mill-ġdid tixgħel għal darba tnejn.
Fjamma li tibqa’ tnin...
Bħal f’ħajti mid-dlam feġġ id-dawl
u żgur apprezzajt x’qal il-qawl
verament kliem ix-xiħ żomm fih
nistqarr li qatt m’jien ħa ninsieh.
Fjamma... fjamma li tfeġġ minn sbieħ il-jum
u filgħaxija tgħib wara l-irdum.
Fjamma... li fis-satra tal-lejl

Comments