Lirika
Għażiż postok ma jieħdu ħadd
Inti ġawhra li ma ninsa qatt,
F’qalbi dejjem hemm post għalik,
Jien ta’ spiss noħlom bik.
Niftakar dik it-tbissima,
Li dejjem kienet ġenwina.
Għażiż kemm farraġtni u wennistni,
Minn kull dlam inti ħaristni,
Urejtni xi jfisser il-kuraġġ,
Minn meta inti bdejt l-aħħar vjaġġ.
Għażiż proteġejtni u gwidajtni,
Mill-ħażen int salvajtni,
Għallimtni nsir dak li jien llum,
U meta naqa’ nerġa nqum.
Għażiż naf li nsibek f’kull ħin,
Nistqarr li lilek nħossok viċin,
Lest biex tagħtini kenn,
Mill-bogħod għalija tħenn.
Niftakar f’dawk il-mumenti,
Fejn aħna konna preżenti.
Għażiż proteġejtni u gwidajtni,
Mill-ħażen int salvajtni,
Għallimtni nsir dak li jien llum,
U meta naqa’ nerġa nqum.
Għażiż kull għanja li kantajt,
Sforz għamilt biex lilha smajt,
Rebbieħa ħriġt dejjem f’għajnejk,
Bil-qalb ċapċaptli kont f’idejk.
Għażiż int liż-żgħir tant ħabbejt,
Meta hu twieled bil-ferħ bkejt,
Ta’ kuljum aħna nsemmuk,
Sabiex tħarisna u nitolbuk.
Għażiż kemm farraġtni u wennistni,
Minn kull dlam inti ħaristni,
Urejtni xi jfisser il-kuraġġ,
Minn meta inti bdejt l-aħħar vjaġġ.
Għażiż proteġejtni u gwidajtni,
Mill-ħażen int salvajtni,
Għallimtni nsir dak li jien llum,
U meta naqa’ nerġa nqum.
Comments