top of page
Writer's pictureMużika Mużika

Għajjejt Inħobb





Lirika


Meta se tiddeċiedi

Li ma żżeffinx ħtijieti?

Jien għandi l-ħtiġijiet

Mhux biss difetti bil-mijiet


Għalfejn tikkritikani

Tkissirni, tumiljani?

Qatt m’għedt li jien perfett

Imm’int dejjem bl-istess verdett


Kemm se ndum nħares, nara dar-rifless

Ta’ raġel mejjet ħaj jgħix f’kompromess?


Kemm se ndum nissallab

Għalik u hawn nittallab

Biex insib mument ta’ paċi fuq din l-art?

Għidli meta se nkun ħieni?

Minflok nigdem ilsieni?

Għalxejn li nagħmel ta’ kuljum għalik...

Ma fadalli xejn aktar jien x’nagħtik

Tlift il-ħeġġa

Illum għajjet inħobb!


Inżomm id-dmugħ mistur fuq xfar għajnejjja

Id-dmugħ li dejjem nibża nuri f’dawn l-għajnejn

“Fejn hu r-rispett li wegħdna lill xulxin?”

Il-bikja li jien naħbi s-snin!


Kemm se ndum nissallab

Għalik u hawn nittallab

Biex insib mument ta’ paċi fuq din l-art?

Għidli meta se nkun ħieni?

Minflok nigdem ilsieni?

Għalxejn li nagħmel ta’ kuljum għalik...

Ma fadalli xejn aktar jien x’nagħtik

Tlift il-ħeġġa

Illum għajjet inħobb!


Għajjejt u xbajt...

(Ma niflaħx niġġieled aktar)

Nibkih iż-żmien tal-bidu tant sabiħ

U nħossna qed nitbegħdu, m’hemmx xi ngħidu

Inħossni xbajt...nistaqsi: “X’mar ħażin tul is-snin?”

Għidli meta ser nkun ħieni?

Minflok nigdem ilsieni?

Għalxejn li nagħmel ta’ kuljum għalik...

Ma fadalli xejn aktar jien x’nagħtik

Tlift il-ħeġġa

Illum għajjet inħobb!




Comments


bottom of page