top of page
Writer's pictureMużika Mużika

Għal Dan il-Lejl



Lirika


Ħdejk donnu kollox jagħmel sens b'ħarsa nifhem li hemm kunsens m'hemm ebda lok għal logħob bil-kliem għalija bidu ġdid, le mhux tmiem. Tfajjel sbejjaħ nafek b'qalbien ġmielek jisboq il-ward ta’ kull ġnien maġenbek ħajti ngħożż mill-ġdid għal dejjem jien lilek irrid. Qalbi llum tinsab mimlija bil-ġmiel tal-ifjen melodija għax imħabbti għalik bla kejl kun af, jien tiegħek biss għal dan il-lejl. Qalbi llum m'għadhiex mifnija kont sibt rigal dejjiem għalija għax imħabbtek skoprejt bla kejl kun af, int tiegħi biss għal dan il-lejl. Fi ħdanek naf li sibt il-kenn għax int għalija lest li tħenn Nistqarr f'ħajti int ħallejt impatt nitolbok sabiex ma titlaq qatt fl-aħħar jien sibt kulma xtaqt ibqa’ miegħi dejjem f’kull waqt Qalbi llum tinsab mimlija bil-ġmiel tal-ifjen melodija għax imħabbti għalik bla kejl kun af, jien tiegħek biss għal dan il-lejl. Naħarbu 'l bogħod, nibnu futur sod... jien u int, int u jien, it-tnejn f'għożża flimkien. Qalbi llum tinsab mimlija bil-ġmiel tal-ifjen melodija għax imħabbti għalik bla kejl kun af, jien tiegħek biss għal dan il-lejl. Qalbi llum m'għadhiex mifnija kont sibt rigal dejjiem għalija għax imħabbtek skoprejt bla kejl kun af, int tiegħi biss għal dan il-lejl.

Commentaires


bottom of page