Mis-sensiela 'Gianni u Taryn Kullimkien'; din id-darba niltaqgħu ma' Kantera waqt li qegħdin busking.....
Kantera m'ilhomx li ingħaqdu, l-idea tal-band ġiet waqt il-Covid fl-2020. L-għan tagħhom hu li joħolqu mużika b'elementi tradizzjonali folk flimkien ma' mużika aktar kontemporanja.
Huma kollha differenti ħafna, hemm minnhom Għawdxin u minnhom Maltin, u għandhom xogħolijiet differenti ħafna ukoll!
Kantera ser ikunu qed jipparteċipaw f'Mużika Mużika bid-diska 'L-Ewwel Jien', b'kompożizzjoni ta' Elton Zarb u kitba ta' Joe Julian Farrugia.
Dan il-filmat ġie maħdum b'kollaborazzjoni ma' Tribe.
Comments