top of page
Writer's pictureMużika Mużika

ĦARSA BISS – Il-Vidjow mużikali uffiċjali mniedi minn Festivals Malta


Ritratti Paul Camilleri


Vidjow mużikali spettakolari għall-kanzunetta rebbieħa ta’ Mużika Mużika.


Aktar kmieni llum fuq il-pjattaformi diġitali ta’ Festivals Malta, ġie mniedi l-vidjow mużikali tal-kanzunetta rebbieħa ta’ Mużika Mużika – Ħarsa Biss li ġiet interpretata minn Glen Vella, fuq kompożizzjoni ta’ Philip Vella u lirika ta’ Joe Julian Farrugia.

Il-vidjow mużikali, ġie miġbud fil-Forti Sant’Anġlu l-Birgu, b’teknika partikolari li jsejħula one-shot, li bħalha ma tantx rajna fi proġetti awdjoviżivi Maltin.


Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala saħqet li, “wara s-suċċess ta’ Mużika Mużika Festivals Malta mill-ewwel beda jipprepara għall-vidjow mużikali tal-kanzunetta rebbieħa [...] vidjow li huwa ta’ livell għoli ħafna, l-istess livell li kellu l-festival u li fih ħafna effetti speċjali.”


Il-vidjow involva diversi sigħat ta’ provi sabiex it-tim seta jipprefezzjona l-koordinament ta’ tibdil fix-xenografija filwaqt li kienu qed jiġu miġbuda x-xeni differenti li jinkludu diversi tibdiliet ta’ kostumi, props, dawl u effetti speċjali. “Indunajna li hija biċċa xogħol kumplessa, imma xejn ma qatalna qalbna, involvejna ħafna nies [...] u kulħadd [...] ried jaħdem f’daqqa għaliex dan il-vidjow sar f’shot waħda,” spjega d-Direttur Artistiku tal-vidjow Joseph Cauchi.


“Il-vidjow mużikali huwa investiment li l-bord ta’ Mużika Mużika ħass li kellu jagħmel biex jagħti aċċent fuq il-kanzunetta rebbieħa u fuq il-festival inġenerali. Investiment li ‘l quddiem beħsiebna nibqgħu nagħmlu għall-kanzunetti rebbieħa,” qal iċ-Chairman ta’ Mużika Mużika Raymond Bugeja.

Ritratti: Paul Camilleri


Norman Hamilton, iċ-Chairman ta’ Festivals Malta saħaq li permezz ta’ Mużika Mużika, Festivals Malta investa fl-artist lokali u kif ukoll fil-patrimonju mużikali Malti. “Permezz ta’ dal-vidjow mużikali Ħarsa Biss ser tkompli tgħix. Dan il-vidjow mużikali huwa parti mil-legat kbir li se jħalli warajħ dan il-festival prestiġjuż.”

“Esperjenza tal-ġenn! [...] Il-quick changes li kelli waqt ix-shoot kienet xi ħaġa eċitanti mmens għaliex konna kontra l-ħin u ridt inbiddel vera malajr u nidher sabieħ ukoll,” qal b’eċitament kbir Glen Vella hekk kif lestew jiġbdu l-vidjow mużikali.


Sewgi l-vidjow mużikali tal-kanzunetta Ħarsa Biss hawn: https://www.muzikamuzika.org/post/harsa-biss-vidjow-ufficjali



Ritratti: Paul Camilleri

 

ĦARSA BISS – The official music video launched by Festivals Malta


A spectacular music video for the winning song of Mużika Mużika.

Earlier today the music video for the winning song of Mużika Mużika - Ħarsa Biss interpreted by Glen Vella, composed by Philip Vella and written by Joe Julian Farrugia, was launched on Festivals Malta’s digital platforms.


The music video was filmed as a one-shot video at Fort St. Angelo in Birgu, a technique that has rarely been seen in Maltese productions.


The CEO of Festivals Malta, Annabelle Stivala stressed that “after the success of Mużika Mużika, Festivals Malta immediately started working on the music video for the winning song […] a high-quality production that reflects the quality of the festival itself and which features various special effects.”


The video involved several hours of rehearsals so that the team could synchronise set changes with the dynamic scenes that featured various costume changes, props, lighting and special effects. “We realised that this was a very complex project, but that did not stop us, we involved several people [...] and everyone [...] had to work together in order to film the one-shot video,” explained the music video’s Artistic Director, Joseph Cauchi.


"The music video is an investment that the Mużika Mużika board felt was necessary for the winning song and the festival in general. An investment that we plan to adopt for every winning song in the future," said the Chairman of Mużika Mużika Raymond Bugeja.


Norman Hamilton, Festivals Malta Chairman, stated that through Mużika Mużika, Festivals Malta invested in local artists as well as in Maltese music heritage. “Ħarsa Biss will be kept alive through this music video. This video is part of the legacy that this prestigious festival will leave behind it.”


“An amazing experience! [...] The quick changes that I had during the shoot were very exciting because we were racing against time and I had to change very quickly while looking good as well,” said Glen Vella with excitement after the filming of the music video.


Watch the music video of the song Ħarsa Biss here: https://www.muzikamuzika.org/post/harsa-biss-vidjow-ufficjali

372 views

Comentários


bottom of page