top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

ĦLOMT LI



Kantant: Bernie & Pod ft. Fiona

Kompożitur: Matteo Depares / Bernard Bonnici

Awtur: Ivan Farrugia


ĦLOMT LI, ta’ Bernie & Pod flimkien ma’ Fiona Cauchi, tirrakkonta ħolma fejn il-protagonisti għandhom viżjoni surreali ta’ dinja idealista mingħajr inkwiet u tbatija.

Huma u jittajru ‘l fuq fis-sħab, jmorru f’destinazzjonijiet mhux magħrufa. Meta jħarsu lejn id-dinja ta’ taħthom minn hemm fuq, huma jirrealizzaw li qegħdin ‘l bogħod minn kull problema u sfida tal-ħajja, u jerħula josservaw in-nies fil-ferneżija ta’ kuljum li fil-ġirja tagħhom kontra l-ħin ftit li xejn jirrealizzaw li l-istil ta’ ħajja li qed jgħixu qed jisirqilhom il-mumenti sbieħ li toffri l-ħajja nnifisha.


Permezz tal-kanzunetta l-awtur iwassal il-messaġġ li l-ġenerazzjoni tal-lum hija wisq iffukata fuq il-materjaliżmu u hija maħkuma mil-midja soċjali u distrazzjonijiet oħra tal-ħajja. Hu joħlom li xi darba jaħrab minn kull problema u mill-affarijiet materjali u jintilef ġo dinja tal-ħolm.



Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.


Ritratti: Elisa von Brockdorff



708 views
bottom of page