Kantanta – Michela Galea
Kompożitur – Mark Spiteri Lucas
Awtur – Emil Calleja Bayliss
It-tbissima hija espressjoni imprezzabbli li tnissel emozzjonijiet b’saħħithom ferm. Tbissima kapaċi tferraħ bniedem, issaħħar ammiratur jew tagħti sens ta’ kuraġġ lil min għandu bżonnha. Meta nkunu bin-nervi jew bid-dwejjaq, sempliċiment tbissima mingħand il-persuna t-tajba kapaċi ttellana fis-seba’ sema.
Michela liebsa libsa safra vibranti li tikkumplimenta l-viżwal ferrieħi u kkulurit li għandha warajha. Viżwal li jemula l-lirika tad-diska u li jxerred il-ferħ.
Kanzunetta ferriħija li xxerred il-pożittivita. It-tbissima ta’ Michela tul il-kanzunetta turina kemm verament il-lirika tagħha hija veritiera. Tbissima kapaċi tbiddel kull burdata.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.
Lura għall-kummentarju live
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Comments