top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

MEWĠ



Kantant: Bloodline

Kompożitur: Elton Zarb / Glen Vella

Awtur: Edwin Balzan / Julia Balzan / Samira Cauchi


MEWĠ hija kanzunetta interpretata mid-duo Bloodline. Din hija l-ewwel kanzunetta bil-Malti għall-grupp, li oriġinat waqt żmien ta’ mistrieħ, hekk kif ġew ispirati mill-ġmiel tal-veduta tal-baħar mit-tieqa tal-appartament tagħhom.

Il-baħar huwa element prinċipali fil-kanzunetta li jiġi mqabbel maż-żmien għaddej. Għalkemm iż-żmien jinbidel u jgħaddi malajr, il-mewġ fil-baħar dejjem jibqa’ l-istess. L-awturi jirrakkontaw kif minħabba l-pandemija ħassew żgħożithom taħarbilhom, u jgħidulna li dawn l-aħħar sentejn kienu l-itwal ta’ ħajjithom.

Jistqarru li fost dan id-dwejjaq kollu, huma jsibu s-serħan billi jmorru mawra sa xatt il-baħar. Huma jirriflettu fuq il-baħar blu u l-ġmiel tan-natura, kif il-baħar saħansitra jħossuħ ikellimhom permezz tal-mewġ u ċ-ċafċif hu u jissabbat mal-blat.


Din il-kanzunetta tgħinna nirriflettu u napprezzaw in-natura. Tgħallimna li għalkemm iż-żmien jibqa’ jgħaddi, u miegħu jaf iġib sfidi u ċirkostanzi mhux mistennija, dejjem nistgħu nintilfu imqar għal ftit mumenti permezz tal-ġmiel ta’ madwarna.



Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.


Ritratti: Elisa von Brockdorff

143 views
bottom of page