top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR



Kantant: MARA

Kompożitur: Philip Vella

Awtur: Emil Calleja Bayliss


Il-grupp dinamiku MARA jinterpreta kanzunetta bi stil folk, imżewwqa bi qwiel u taqbiliet varji Maltin. Il-kanzunetta tħeġġiġna biex ngħixu l-ħajja bl-aħjar mod, b’emfasi speċjali fuq il-qawl li għalih hija msemmija l-kanzunetta AĦJAR HEKK INKELLA AGĦAR, li jistedinna naraw s-sabiħ f’kollox.


Wieħed mill-messaġġi ewlenin tal-kanzunetta huwa li għalkemm fil-ħajja niltaqgħu ma’ diversi sfidi, dejjem għandna nħarsu lejhom b’mod pożittiv u nitgħallmu minnhom kemm nistgħu. B’hekk dejjem naraw il-mumenti s-sbieħ tal-ħajja li fl-aħħar minn l-aħħar jibnu l-karattru tagħna.


Din il-kanzunetta għandha suġġett li dejjem jibqa’ relevanti u żgur li l-enerġija pożittiva tal-kantanti tal-grupp MARA jmur tajjeb ferm mal-melodija mexxejja. Għalkemm għandha wkoll ħoss modern, oriġinali, u tal-widna.



Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.


Ritratti: Elisa von Brockdorff

1,805 views
bottom of page