top of page
Writer's pictureMużika Mużika

Binti

Updated: Mar 20, 2021

Kantanti – Janvil u Jade Vella

Kompożitur – Richard Micallef

Awtriċi – Roberta Magri


Kanzuentta dwar mument emozzjonanti f’ħajjet ta’ bosta missirijiet – mument li jibdel il-ħajja tal-familja kollha ta’ taħt fuq. Bint tiżżewweġ u titlaq mid-dar biex tibda ħajjitha, bint li kibret u li issa l-missier ma jistax jemmen kif tar iż-żmien. Minkejja dan, il-bint taċċertaħ li dejjem ser jibqa’ f’qalbha bħal ma dejjem kien.

L-emozzjoni ta’ Janvil u Jade tinħass huma u jkantaw il-versi tal-kanzunetta. Jidher li l-lirika tfisser ħafna għalihom għax huwa mument fejn eventwalment huma wkoll ser jgħaddu minnu. B’vuċi meraviljuża, Jade tivvokalizza filwaqt li tingħaqad mal-vuċi ta’ missiera b’armonija.


Ta’ min jgħid li libsin ilbies mill-isbaħ, Jade liebsa libsa tat-tieġ waqt li Janvil għandu suit unika maqsuma bejn l-abjad u iswed.


Għajnejn Janvil qed jixgħelu – jidher fiċ-ċar li huwa kburi ħafna b’bintu u li t-tnejn li huma għandhom rispett lejn xulxin. Il-kanzunetta tispiċċa billi jżommu jdejn xulxin u Janvil jgħati bewsa lil Jade - Ir-rabta tagħhom it-tnejn tinħass u l-imħabba ta’ bejniethom tidher ċara.


Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.



Ritratti: Elisa von Brockdorff


697 views

Comments


bottom of page