top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

NIXTIEQ



Kantant: Haley

Kompożitur: Philip Vella

Awtur: Gerard James Borg


Haley hija l-kantanta żagħżugħa li rebħet il-programm ta’ taħriġ, Mużika Mużika l-Vjaġġ Ikompli. Il-kanzunetta tagħha NIXTIEQ, tiffoka fuq l-ewwel esperjenza ta’ mħabba ta’ tfajla żagħżugħa.


Sfortunatament, mhux kull storja ta’ mħabba hija waħda perfetta bħal tal-fantażiji, u l-esperjenza ta’ din it-tfajla hija waħda ta’ qsim il-qalb. Meta dawk li tkun tħobb jiddiżappuntawk mhux faċli terġa’ tibda tafda u tħobb mill-ġdid, speċjalment meta din tkun l-ewwel esperjenza ta’ mħabba li jkollok. Minkejja dan kollu l-awtur xorta waħda jħalli t-tama permezz tal-protagonista li x-xewqa ewlenija tagħha hija li fl-aħħar jirnexxiela tegħleb il-biża u terġa ssib imħabba ġdida.



Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.


Ritratti: Elisa von Brockdorff

232 views
bottom of page