NOTI IMPORTANTI
Hawn taħt għandek issib id-dikjarazzjonijiet u ir-regolamenti.
Dikjarazzjonijiet - Qis li timla waħda għal kull parteċipant. Qis li kull dikjarazzjoni tkun iffirmata.
Regolamenti - Qis li taqrhom sewwa qabel tapplika.
Għal kull kanzunetta li tiġi sottomessa online il-parteċipanti huma obbligati li jinkludu dawn:
-
Kopja skannjata tad-dikjarazzjoni iffirmata għal kull kantant/kantanta/grupp, kompożitur/i, awtur/i;
-
Kopja tal-karta tal-identità minn quddiem u minn wara għal kull kantant/kantanta/grupp, kompożitur/i, awtur/i;
-
Mp3 uploads bir-recording tal-kanzunetta kif indikat hawn:
-
Track 1 - full recording tal-kanzunetta inklużi l-backing track, main singers u backing vocals;
-
Track 2 - half playback tal-kanzunetta inklużi l-backing track u l-backing vocals, mingħajr main singer/s;
-
Track 3 - instrumental - backing track mingħajr main singers u mingħajr backing vocals;
-
Kopja tal-lirika tal-kanzunetta;
-
Prova ta’ ħlas permezz ta’ trasferiment bankarju (kopja tat-transazzjoni tal-bank). IMPORTANTI - Fid-dettalji tat-transazzjoni waqt li qed isir il-ħlas online irid jitniżżel isem il-kanzunetta u isem il-kompożitur bħala referenza tal-ħlas.
Tista' taċċessa l-applikazzjoni permezz ta' desktop, laptop jew tablet

APPLIKAZZJONIJIET
L-applikazzjonijiet jagħlqu l-Ġimgħa 15 ta' Ottubru fl-4:00pm kemm onlajn kif ukoll fl-uffiċini tagħna.
